P o e ż i j i   g ħ a t - T f a l
girl shooting ball

Jien qbiżt qisni x’iljun

biex nilħaq il-ballun.

U lilu daqqa tajt.

Kemm fraħt meta skurjajt!


Ċuff, ċuff, ċuff

kemm nifraħ fil-baħar!

Uff, uff, uff

xi dwejjaq fil-banju!

boy and girl with dolphins

penguins

Għandi ktieb fuq il-pingwini.

Nitħassarhom f’dak il-ksieħ.

Jien ma nafx kif jistaportu

u kif qatt ma jieħdu riħ.



Jgħidu l-iskola kerha!

Tgħidx kemm inħobbha jiena

avolja Ġorġa tinki

u fitta daqs dubbiena.

 

Jgħidu l-iskola kerha!

Tgħidx kemm inħobbha jiena

avolja Marjo joqmos

u jdur qisu raddiena.

 

Jgħidu l-iskola kerha!

Tgħidx kemm inħobbha jiena

avolja Kejti tgħajjeb

u tħobb turina lsienha.

 

Jgħidu l-iskola kerha!

Tgħidx kemm inħobbha jiena

avolja Pijter jiġri

u jsir aħmar rummiena.

 

Jgħidu l-iskola kerha!

Tgħidx kemm inħobbha jiena

avolja Ġulja taqbeż

biex tilgħab ta’ żeffiena.

 

Jgħidu l-iskola kerha!

Inħobbha ħafna jiena.

Imm’ issa ħa nħallikom

għax daqqet il-qanpiena.




paġna tal-bidu
Dwari
About Me
Su di me
Kitbiet
Writings
Scritti
Tpinġija
Paintings
Pittura
Junior CollegeXjenza u Matematika
Science and Maths
Scienza e Matematica
Ritratti
Photos
Foto
Aktar
Other
Altro